Issa li qbadt nuża regolarment il-Linux, u dan aktar u aktar wara li kul meta niftaħ il-Windows idardarni biex jitla, jien għandi tastiera bil-Malti (l-apparat mhux il-programm) però qed insib problema waħda. Il-buttuna tal-kaxxa li tinsab fejn dak tat-tħassir lura (backspace) mhux taħdimli sew, però kif forsi tistgħu tindunaw minn dan il-messaġġ il-buttuna l-oħra jaħdmu perfettament.
Il-konfigurazzjoni qegħda Generic 105-key (Intl) keyboard, Malta (basic). Biddiltha f'Malta (us) però għalxejn. Jien nuża SUSE Linux 10.1, jekk tridu aktar informazzjoni li forsi nista' nagħtikom għiduli waħda. Bil-ħaqq, x'irrid nagħmel biex nipparteċipa (wara li nsir naf aktar) dwar xi proġetti li rajt f'xi pagni dwar l-użu tal-Malti u l-Linux? Ciao, Ederico.
_______________________________________________ MLUG-list mailing list [email protected] http://mailserv.megabyte.net/mailman/listinfo/mlug-list

