https://bugs.documentfoundation.org/show_bug.cgi?id=120340
--- Comment #6 from [email protected] ---
Kienet mara libsa x-xemx bil-qamar taħt riġlejha (Apok. 12.1). Hija liebsa
tlett ilbies differenti: blouse abjad minn taħt, libsa ħamranija u fuqha mantar
turqouise. Il-kuluri huma bħal ta’ xi prinċipessa Indjana. Il-lewn
tal-mantar hu turkważ u dan kien jilbsu biss l-imperatur. Għalhekk l-Aztecs
fehmu li dik ix-xbieha hija ta’ imperatriċi. U huwa wkoll lewn is-sema. Mela
l-Madonna s-sema pajjiżha.
Il-libsa ħamranija hija l-istess lewn tal-ħamrija li hemm fejn dehret fin-New
Mexico. Ifisser mela li l-Madonna hija reġina ta’ din l-art ukoll. Fejn
riġlejha hemm anġlu żgħir qed jaqbad tarf il-libsa (id-dinja) u bl-id l-oħra
qed jaqbad il-mantar (is-sema). Ifisser li l-Madonna qed tgħaqqad kemm dak li
hu divin u kemm dak li hu materjali.
Fatt ieħor straordinarju kien li wieħed raġel ried jeqred din ix-xbieha darba
għal dejjem u għalhekk poġġa bomba qawwija ħafna ġo bukkett fjuri fuq l-artal
taħt l-inkwadru fejn kienet it-tilma. Meta splodiet tant kienet qawwija li
kissret il-ħġieġ kollu ta’ madwar saħansitra tal-bini qrib, kurċifiss
tal-bronż li kien qrib tgħawweġ S u l-artal inqered għal kollox ukoll. Meta
t-trab batta u nies daħlu biex jaraw x’ġara baqgħu miblugħin għax il-Madonna ma
ġralha assolutamnet xejn lanqas il-ħġieġa li kien hemm quddiemha ma ġralha ebda
ħsara.
Ġesu kien li laqa’ d-daqqa biex ipproteġa lil Ommu għalhekk il-kurċifiss ġralu
li ġralu. Illum hemm kurċifiss ieħor floku jiddefendi lil Ommu.
Każ ieħor kurjuż jew miraklu hu li wieħed ħaddiem kien qed inaddaf il-gwarniċ u
aċċidentalment laqat l-aċidu li kien qed juża u waqa’ fuq it-tilma.
Il-ħaddiem kważi ħassu ħażin meta ra x’kien ġara u l-ħsara li basar li se ssir
imma t-tilma ma ġralha xejn għajr tebgħa ħafifa fir-rokna ta’ fuq tal-lemin.
Anki din kulma jmur qed tispiċċa fix-xejn. Kieku kienet biċċa drapp oħra
kienet tinħaraq fil-pront.
Fl-1929 Alfonso Gonzales fotografu tal-basilica ta’ Guadalupe innota li
fil-għajn tal-lemin tal-Madonna kien hemm xbieha ta’ raġel bid-daqna. Fl-1956
u anki fl-1958 Rafael Toria Lavoigner sab li anki fl-għajn tax-xellug kien hemm
xbieha ta’ persuni.
Fl-1979 Dr Jose Aste Tousman espert tal-computers ikkonferma dak li kienu sabu
ta’ qablu. Huwa kabbar l-għajnejn tal Madonna 25,000 darba bi strumenti li
jintużaw min-NASA biex jistudjaw ritratti li jintbagħtu mill-ispazju u sab li
fl-għajnejn tagħha kien hemm mill-anqas tlettax-il figura fosthom familja ta’
omm, missier u t-tfal. Wara li eżaminaw dawn il-figuri sabu li din kienet
ix-xena ta’ dawk il-persuni li kienu fil-kamra ma’ l-isqof dak il-ħin li Diego
fetaħ it-tilma u dehret ix-xbieha tal-Madonna.
Ta’ min jistaqsi hawnhekk x’kien l-iskop tal-Madonna li tinqeda b’dawn
iċ-ċirkustanzi meta kienet taf li fl-1531 meta dehret ħadd ma seta’ joħlomhom u
jsir jaf bihom? Dr. Aste Tousman fissirhom hekk:
• il-familja hija mportanti f’għajnejn il-Madonna
• billi jidhru nies kemm bojod u kemm ta’ lewn skur ifisser li l-Madonna
għaliha kulħadd xorta u r-razziżmu m’għandux ikun
• intużaw strumenti xjentifiċi moderni biex saru jafu dan mela l-Madonna
trid li anki t-teknoloġija għandha sservi biex insaħħu t-twemmin tagħna.
L-Aztecs setgħu jaqraw ukoll x’kienu jfissru dawk il-fjuri li kellha fuq
il-libsa. L-aktar waħda mportanti hija dik ta’ erba’ petali li hija l-unika
waħda li hemm. Din qegħda fuq żaqqha eżatt taħt it-terħa s-sewda u flimkien
ma’ dik it-terħa jfissru li hija tqila. Għalihom din il-fjura tfisser dak
kollu li hu ta’ ġmiel, divin u tajjeb. Dan joqgħod perfettament għal Ġesu li
għandha fil-ġuf u għarfuh bħala divin u fl-istess ħin uman għax se jitwieled
minn mara umana. F’kelma waħda inkarnazzjoni.
PS This is in Maltese.The blank frames are not shown here!!!!! In the email I
sent to you are shown.
--
You are receiving this mail because:
You are the assignee for the bug._______________________________________________
Libreoffice-bugs mailing list
[email protected]
https://lists.freedesktop.org/mailman/listinfo/libreoffice-bugs