Sfortunatament dak l-artiklu huwa daqsxejn antik. Minn dak iż-żmien qbadt il-model u qlibtu minn SpeedTouch Home għal SpeedTouch Pro, li jagħmel il-konnessjoni waħdu, għalhekk m'inix familjari ma' l-avvanzi li saru minn dak iż-żmien.
 

Ramon Casha
Software Services
Megabyte Limited  (www.megabyte.net)
F4, The Technopark, Mosta MST02, Malta
tel (+356) 21421600 — fax (+356) 21421590
Megabyte
 


From: [EMAIL PROTECTED] [mailto:[EMAIL PROTECTED] On Behalf Of James Attard
Sent: L-Erbgħa, 8 ta' Novembru 2006 08:38
To: Malta Linux User Group - general list
Subject: Re: [LINUX.ORG.MT] Problema bil-konnessjoni ADSL - SUSE Linux 10.1 -KDE - KInternet

Sur Figallo
 
Fis-sit taghna http://www.linux.org.mt, ghandek issib artikli interessanti hafna fuq dan is-suggett, tipo http://www.linux.org.mt/article/adsl. Avolja huwa ndirizzat ghar-Red Hat Linux, ghandek issib l-istess konnotazzjonijiet as-SuSE. Hasra li mhux bil-malti :P
 
PS: Kif qieghed nikteb dawn l-erbgha kelmiet, il-band tieghi, White Crimson (kumbinazzjoni ghax il-kuluri tal-bandiera Maltija), se ddoqq nhar is-sibt gewwa r-Rookies f'Bugibba. Tistghu tidhlu www.whitecrimson.com ghal aktar dettalji. Narawkom!
 
James
 
On 11/6/06, Ederico Figallo <[EMAIL PROTECTED]> wrote:
Għeżież,

Dan l-ewwel messaġġ tiegħi f'din il-lista, allavolja fil-verità kont diġà irreġistrat xi snin ilu meta kont installajt Linux Mandrake. Dik l-avventura ma damitx għax fid-diska riġida tiegħi ta' dakinhar ma tantx kelli spazju, wisq aktar bil-livell ta' esperjenza li kelli ma stajtx intajjar il-Windows.

Għandi problema bil-konnessjoni ta' l-internet. Jien abbonat ADSL mal-Maltanet. Qed nuża SUSE Linux 10.1 bil-KDE fuq il-computer in kwistjoni. Jiena irranġajt il-konnessjoni billi nuża l-Ethernet u jirnexxili naqbad. Però, il-problema hi li KInternet jaqtani kull ftit minuti, u dan ma jiddependix mill-konnessjoni per se peress li fuq l-istess computer bil-Windows XP Professional ma nsibx problemi ta' l-istess natura fil-konnessjoni.

Jista' xi ħadd forsi jgħidli x'għandi nagħmel biex insolvi din il-problema? Provajt inbiddel in-numru tas-sekondi inattivi (biex jaqta' l-linja, milli jidher xi ħaġa ħabba d-dialup) fil-konfigurazzjoni tal-konnessjoni ADSL, u għamiltha 0, però kollu għal xejn. Domt nilgħab u mbiddel il-konfigurazzjoni, però ma sewa għal xejn.

Jekk tistgħu tassistuni, napprezza. Ikun utli ukoll tgħiduli kif nagħmel konnessjoni, billi nuża l-Ethernet, fuq sistema SUSE Linux 10.1 li juża Gnome peress li għandi żewġ computer u f'wieħed (t'hawn fuq imsemmi) nuża KDE, però fl-ieħor Gnome. Bħalissa qiegħed fuq is-sistema li juża l-Gnome, però qiegħed nuża l-Windows għax fuq dan il-computer ma nistax naqbad ma' l-internet peress li l-modem li għandi ma jistax jitqabba ma' l-Ethernet, fil-fatt se jkolli nbiddlu. Biex inkunu ċari, iż-żewġ computer mhux fl-istess lok, peress li l-computer bil-KDE qiegħed Malta, fil-waqt li tal-Gnome jinsab Għawdex (jien student Universitarju bir-residenza proprja tiegħu f'Għawdex).

Jekk teħtieġu xi informazzjoni aktar dettaljata, kemm issaqsu.

Nirringrazzjakom minn qabel, komplu x-xogħol siewi tagħkom, u ciao għalissa.
Ederico.

_______________________________________________
MLUG-list mailing list
[EMAIL PROTECTED]
http://mailserv.megabyte.net/mailman/listinfo/mlug-list





--
http://www.jamesattard.com Tel: (+356) 21421600 URL: www.megabyte.net Fax: (+356) 21421590 E-mail: [EMAIL PROTECTED] DISCLAIMER The information contained in this electronic mail may be confidential or legally privileged. It is for the intended recipient(s) only. Should you receive this message in error, please notify the sender by replying to this mail. Unauthorised use of the contents is strictly prohibited. Whilst all care has been taken, the Megabyte Group is not responsible for the integrity of the contents of this electronic mail and any attachments included within.
_______________________________________________
MLUG-list mailing list
[EMAIL PROTECTED]
http://mailserv.megabyte.net/mailman/listinfo/mlug-list

Reply via email to