Għeżież,

Dan l-ewwel messaġġ tiegħi f'din il-lista, allavolja fil-verità kont diġà
irreġistrat xi snin ilu meta kont installajt Linux Mandrake. Dik l-avventura
ma damitx għax fid-diska riġida tiegħi ta' dakinhar ma tantx kelli spazju,
wisq aktar bil-livell ta' esperjenza li kelli ma stajtx intajjar il-Windows.

Għandi problema bil-konnessjoni ta' l-internet. Jien abbonat ADSL
mal-Maltanet. Qed nuża SUSE Linux 10.1 bil-KDE fuq il-computer in kwistjoni.
Jiena irranġajt il-konnessjoni billi nuża l-Ethernet u jirnexxili naqbad.
Però, il-problema hi li KInternet jaqtani kull ftit minuti, u dan ma
jiddependix mill-konnessjoni per se peress li fuq l-istess computer
bil-Windows XP Professional ma nsibx problemi ta' l-istess natura
fil-konnessjoni.

Jista' xi ħadd forsi jgħidli x'għandi nagħmel biex insolvi din il-problema?
Provajt inbiddel in-numru tas-sekondi inattivi (biex jaqta' l-linja, milli
jidher xi ħaġa ħabba d-dialup) fil-konfigurazzjoni tal-konnessjoni ADSL, u
għamiltha 0, però kollu għal xejn. Domt nilgħab u mbiddel
il-konfigurazzjoni, però ma sewa għal xejn.

Jekk tistgħu tassistuni, napprezza. Ikun utli ukoll tgħiduli kif nagħmel
konnessjoni, billi nuża l-Ethernet, fuq sistema SUSE Linux 10.1 li juża
Gnome peress li għandi żewġ computer u f'wieħed (t'hawn fuq imsemmi) nuża
KDE, però fl-ieħor Gnome. Bħalissa qiegħed fuq is-sistema li juża l-Gnome,
però qiegħed nuża l-Windows għax fuq dan il-computer ma nistax naqbad ma'
l-internet peress li l-modem li għandi ma jistax jitqabba ma' l-Ethernet,
fil-fatt se jkolli nbiddlu. Biex inkunu ċari, iż-żewġ computer mhux
fl-istess lok, peress li l-computer bil-KDE qiegħed Malta, fil-waqt li
tal-Gnome jinsab Għawdex (jien student Universitarju bir-residenza proprja
tiegħu f'Għawdex).

Jekk teħtieġu xi informazzjoni aktar dettaljata, kemm issaqsu.

Nirringrazzjakom minn qabel, komplu x-xogħol siewi tagħkom, u ciao għalissa.
Ederico.

Reply via email to