-----BEGIN PGP SIGNED MESSAGE-----
Hash: SHA1

Hey guys/girls,

Now more then ever, the decision of the European Parliament on whether
or not to approve software patents is important. The parliament has
already voted twice agasint the CIID (Computer Implimented Inventions
Directive), regardless of this, the European commission has
re-suggested that CIID be approved, without any modification.

The European Parliament must now vote again. A third 'NO' vote would
be a great success for open-source companies and individuals and small
businesses. A 'YES' vote would spell their doom. You can do your part
by e-mailing Maltese MEPs. Here are their e-mail addresses:

John Attard Montaldo: [EMAIL PROTECTED]
Simon Busuttil: [EMAIL PROTECTED]
Joseph Muscat: [EMAIL PROTECTED]

Ramon and I have been unable to find e-mail addresses for the other
two MEPs.

In your e-mails, try to explain in non-technical langauge why software
patents are bad - not just for the companies but also for the economy
of the EU, because let's face it, that's all politicians care about
anyway, money.

I have attached a copy of Ramon's e-mail which he sent to the three
MEPs mentioned above. More information on European software patents
can be found at http://swpat.ffii.org, where you will also find
templates for e-mails/faxes to MEPs.

Keith

-----BEGIN PGP SIGNATURE-----
Version: GnuPG v1.2.6 (GNU/Linux)
Comment: Using GnuPG with Thunderbird - http://enigmail.mozdev.org

iD8DBQFCNv5Tym3HAdrlsyERArPsAJ95wBLKuvRwpSC0GQNQOoedJB+sWgCfQu2M
VZCxcQ74B59NwhZRNwRNM/U=
=Pm3/
-----END PGP SIGNATURE-----

n Attard Montaldo
Parlament Ewropew 
Rue Wiertz 
ASP 09E218 
B-1047 BRUSSEL


Għażiż Sur Attard Montaldo,

Qiegħed niktiblek għax ninsab konċernat ħafna dwar avveniment riċenti, 
fejn minkejja talba li saret darbtejn mill-Parlament Ewropew sabiex 
id-direttiva “Computer Implemented Inventions Directive” terġa’ tiġi 
diskussa u mibdula, u minkejja talbiet minn diversi pajjiżi biex din tiġi 
diskussa mill-Kunsill tal-Ministri, il-President tal-Kunsill injora dawn 
it-talbiet u d-direttiva ġiet approvata mingħajr dibattitu. Issa hija 
mistennija li titressaq quddiem il-Parlament għat-tieni qari.

Id-direttiva msemmija tippermetti l-ħruġ u infurzar ta’ patenti fuq 
kunċetti u algoritmi tal-kompjuter. Jekk wieħed jara s-sitwazzjoni fl-Istati 
Uniti, fejn liġijiet simili ilhom jeżistu, wieħed jista’ faċilment jara 
d-diffikultajiet li din se toħloq. Ditti kbar, li għandhom portfolio ta’ 
eluf ta’ patenti, għandhom is-setgħa li jwaqqfu l-kompetizzjoni jew ixekklu 
ditti iżgħar milli jiżviluppaw teknoloġija ġdida. Din tolqot b’mod 
speċjali lill-pajjiżi Ewropej, u speċjalment lil Malta, peress li 
l-maġġoranza ta’ dawn id-ditti tal-kompjuter huma Amerikani. Fil-fatt, 
kważi tliet kwarti tal-patenti fuq softwer li ingħataw mill-European Patent 
Office huma lil ditti Amerikani u Ġappuniżi. Jekk tgħaddi, din id-direttiva 
tista’ tkun ta’ xkiel kbir għall-avvanz tal-industrija tal-informatika 
fl-Ewropa.

Filwaqt li, f’oqsma
[EMAIL PROTECTED]:  oħra, “invenzjoni” tfisser xi ħaġa fiżika u ċara, 
li tinvolvi ħafna riċerka u spejjeż, u għalhekk hemm bżonn ta’ 
protezzjoni għall-investimenti li jsiru, is-sitwazzjoni fejn jidħlu patenti 
fuq softwer hija differenti għal kollox. F’dan il-każ, il-patent joħroġ 
fuq kunċett ambigwu jew disinn, li ftit li xejn jinvolvi investiment. 

Diġà ingħataw diversi patenti fl-Ewropa dwar kunċetti tant bażiċi li 
bilkemm jitwemmnu. Fuq sempliċi ħanut online hemm iżjed minn ħmistax-il 
patent li diġà ingħataw (ara http://webshop.ffii.org), li permezz tagħhom 
diversi ditti jistgħu iħarrku lis-sid jew lill-iżviluppaturi tas-softwer. 
Saħansitra jeżisti patent fuq “ħlas bi credit card minn fuq network” 
(EP820620), u ieħor dwar bejgħ ta’ prodotti permezz ta’ mobile phones 
(EP1090494). Għalkemm l-EPO ma tikkategorizzax patenti tas-softwer 
separatament, huwa stmat li s’issa ingħataw bejn 20,000 u 30,000 patent fuq 
softwer.

Jekk id-direttiva CIID tiġi approvata u ratifikata, kull programm 
tal-kompjuter li ġie żviluppat jew għad jiġi żviluppat jista’ jkun qed 
imiss ma’ numru sostanzjali minn dawn il-patenti, u għalhekk huwa soġġett 
għal kawżi għad-danni li faċilment ifallu ditti żgħar u ta’ daqs medju. 
Dawn il-patenti huma speċjalment perikolużi għal proġetti ta’ Sors 
Ħieles (open source) li, peress li joffru l-prodotti tagħhom b’xejn 
għall-ġid tal-komunità, m’għandhomx ir-riżorsi finanzjarji biex 
jiġġieldu
[EMAIL PROTECTED]:  kawżi simili l-qorti jew li jħallsu royalties fuq kull 
patent li jistgħu jolqtu.

Is-softwer huwa diġà protett mil-liġijiet tal-copyright, li joffru struttura 
adegwata sabiex tipproteġi l-interessi ta’ l-iżviluppaturi tas-softwer. 
Il-liġijiet tal-patenti min-naħa l-oħra joħolqu monopolji fuq kunċetti 
fundamentali li mingħajrhom ma jistgħux jiġu żviluppati prodotti ġodda.

Nixtieq nappellalek biex, bħala rappreżentant tagħna fil-Parlament Ewropew, 
tuża l-vot tiegħek sabiex tissalvagwardja l-industrija ta’ l-informatika 
fl-Ewropa u f’Malta, billi ma titħalliex li d-direttiva CIID, kif 
preżentata, tiġi approvata.

Jekk tixtieq iżjed informazzjoni dwar il-patenti fuq softwer, is-sit 
http://swpat.ffii.org/ jiġbor fih diversi artikli, figuri u rapporti dwar 
is-suġġett. Jekk nista’ ngħinek b’xi mod, nitolbok tikkuntattjani.

Il-Malta Linux User Group (http://linux.org.mt) hija għaqda magħmula minn 
nies li jużaw softwer Sors Ħieles. Fost proġetti oħra aħna ppubblikajna 
spell checkerbil-Malti, traduzzjoni għall-Malti ta’ diversi programmi Sors 
Ħieles, u proġetti oħra marbuta ma’ l-użu tal-lingwa Maltija 
bil-kompjuter. Dawn il-proġetti kollha huma disponibbli b’xejn fuq 
il-website tagħna, bħala servizz għall-poplu Malti.

-- 
Ramon Casha <[EMAIL PROTECTED]>
chairman, Malta Linux User

Reply via email to