Sur Figallo
 
Fis-sit taghna http://www.linux.org.mt, ghandek issib artikli interessanti hafna fuq dan is-suggett, tipo http://www.linux.org.mt/article/adsl. Avolja huwa ndirizzat ghar-Red Hat Linux, ghandek issib l-istess konnotazzjonijiet as-SuSE. Hasra li mhux bil-malti :P
 
PS: Kif qieghed nikteb dawn l-erbgha kelmiet, il-band tieghi, White Crimson (kumbinazzjoni ghax il-kuluri tal-bandiera Maltija), se ddoqq nhar is-sibt gewwa r-Rookies f'Bugibba. Tistghu tidhlu www.whitecrimson.com ghal aktar dettalji. Narawkom!
 
James
 
On 11/6/06, Ederico Figallo <[EMAIL PROTECTED]> wrote:
Għeżież,

Dan l-ewwel messaġġ tiegħi f'din il-lista, allavolja fil-verità kont diġà irreġistrat xi snin ilu meta kont installajt Linux Mandrake. Dik l-avventura ma damitx għax fid-diska riġida tiegħi ta' dakinhar ma tantx kelli spazju, wisq aktar bil-livell ta' esperjenza li kelli ma stajtx intajjar il-Windows.

Għandi problema bil-konnessjoni ta' l-internet. Jien abbonat ADSL mal-Maltanet. Qed nuża SUSE Linux 10.1 bil-KDE fuq il-computer in kwistjoni. Jiena irranġajt il-konnessjoni billi nuża l-Ethernet u jirnexxili naqbad. Però, il-problema hi li KInternet jaqtani kull ftit minuti, u dan ma jiddependix mill-konnessjoni per se peress li fuq l-istess computer bil-Windows XP Professional ma nsibx problemi ta' l-istess natura fil-konnessjoni.

Jista' xi ħadd forsi jgħidli x'għandi nagħmel biex insolvi din il-problema? Provajt inbiddel in-numru tas-sekondi inattivi (biex jaqta' l-linja, milli jidher xi ħaġa ħabba d-dialup) fil-konfigurazzjoni tal-konnessjoni ADSL, u għamiltha 0, però kollu għal xejn. Domt nilgħab u mbiddel il-konfigurazzjoni, però ma sewa għal xejn.

Jekk tistgħu tassistuni, napprezza. Ikun utli ukoll tgħiduli kif nagħmel konnessjoni, billi nuża l-Ethernet, fuq sistema SUSE Linux 10.1 li juża Gnome peress li għandi żewġ computer u f'wieħed (t'hawn fuq imsemmi) nuża KDE, però fl-ieħor Gnome. Bħalissa qiegħed fuq is-sistema li juża l-Gnome, però qiegħed nuża l-Windows għax fuq dan il-computer ma nistax naqbad ma' l-internet peress li l-modem li għandi ma jistax jitqabba ma' l-Ethernet, fil-fatt se jkolli nbiddlu. Biex inkunu ċari, iż-żewġ computer mhux fl-istess lok, peress li l-computer bil-KDE qiegħed Malta, fil-waqt li tal-Gnome jinsab Għawdex (jien student Universitarju bir-residenza proprja tiegħu f'Għawdex).

Jekk teħtieġu xi informazzjoni aktar dettaljata, kemm issaqsu.

Nirringrazzjakom minn qabel, komplu x-xogħol siewi tagħkom, u ciao għalissa.
Ederico.

_______________________________________________
MLUG-list mailing list
[EMAIL PROTECTED]
http://mailserv.megabyte.net/mailman/listinfo/mlug-list





--
http://www.jamesattard.com
_______________________________________________
MLUG-list mailing list
[EMAIL PROTECTED]
http://mailserv.megabyte.net/mailman/listinfo/mlug-list

Reply via email to